L-ewwel paġna » Regoli » Regoli

 

Regoli

Il-Premju għaż-Żgħażagħ dwar l-Iżvilupp huwa miftuħ għall-iskejjel fis-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea.


 

• L-istudenti jrid ikollhom bejn 16 u 18-il sena (inklużi) fi żmien id-data ta’ l-għeluq.
• Id-dħul kollu jrid ikun assoċjat ma’ skola.
• Hemm limitu ta’ dħul wieħed għal kull student.
Id-data ta’ l-għeluq hija l-31 ta' Marzu 2008.

Dħul

Il-kontribuzzjonijiet kollha jridu jinkludu żewġ partijiet:
• messaġġ qasir
•  xogħol ta’ arti taħt forma ta’ poster jew preżentazzjoni multimedjali.

L-attenzjoni għall-kompetizzjoni 2007 hija fuq l-Afrika - Żvilupp Sostenibbli. Hemm tliet temi għad-dħul: Tibdil fil-Klima, Ilma u Enerġija u Turiżmu Sostenibbli. L-istudenti jistgħu jagħżlu jew tema waħda jew jgħaqqduhom ma’ xulxin.

Id-dettalji ta’ l-iskola u l-messaġġ iridu jiddaħħlu permezz tal-formola fuq dan is-sit tal-web. Id-dħul jistgħu jintbagħtu b’mod diġitali permezz ta’ din l-istess formola, jew jintbagħtu bil-posta lill-uffiċċju ta’ European Schoolnet fi Brussell.

Jekk jogħġobkom impostaw id-dħul għall-inqas 2-3 ġimgħat qabel id-data ta’ l-għeluq sabiex tiżguraw li jaslu Brussell qabel id-data ta’ għeluq.  Mhux se jkun hemm eċċezzjonijiet għal dħul li jasal tard. 


Il-messaġġ

Il-messaġġ għandu jakkumpanja x-xogħol ta’ l-arti, eż. didaskalija għall-poster.
Dan jista’ jinkiteb f’kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali ta’ l-UE. Jekk il-messaġġ ma jkunx bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, għandha tiġi pprovduta traduzzjoni f’waħda minn dawn il-lingwi.

Il-messaġġ ma jridx ikun itwal minn 100 karattru fi kwalunkwe verżjoni tal-lingwa.

Il-messaġġ irid jiġi sottomess permezz tal-formola tad-dħul fuq dan is-sit tal-web.  Huwa jista’ jiġi inkluż ukoll fix-xogħol ta’ l-arti.


Ix-xogħol ta’ l-arti

Id-dħul jista’ jkun f’forma ta’ preżentazzjoni multimedjali jew poster.

Preżentazzjoni multimedjali
• Preżentazzjoni multimedjali hija sett ta’ immaġini diġitali konnessi li huma marbuta u kkombinati ma’ test. Jista’ jintgħażel kwalunkwe tip ta’ espressjoni viżiva bħal ma huma ritratti, pitturi, tpinġijiet eċċ.
• L-użu ta’ awdjo huwa possibbli, iżda mhux vidjo diġitali.
• Dawn it-tipi ta’ fajls li ġejjin huma aċċettati: Flash (SWF), PowerPoint (PPT), u MP3.
• Il-kontribuzzjonijiet ma jridux jaqbżu 15 MB.

Poster
• Il-poster irid ikun taħlita ta’ espressjoni viżiva u messaġġ qasir u ċar.
• Il-parti viżiva tista’ tkun tpinġija, pittura, collage eċċ.
• Il-messaġġ miktub jista’ jkun inkluż fil-poster jew ikkunsidrat separatament.
• Id-daqs massimu tal-posters permess f’din il-kompetizzjoni huwa A3. 
• Jekk ikun sottomess online, id-daqs massimu tal-file irid ikun 500 KB.  Tipi ta’ fajls aċċettati huma JPG, GIF u PDF.  


Drittijiet

European Schoolnet u/jew il-Kummissjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt li jadattaw ir-regoli u l-premjijiet fi kwalunkwe ħin. In-notifika tat-tibdiliet issir fuq is-sit tal-web ‘Premju għaż-Żgħażagħ dwar l-Iżvilupp’ u dawn jibdew japplikaw mid-data tal-pubblikazzjoni.

Kwistjonijiet Legali u Etiċi
• Is-sottomissjonijiet kollha jridu jsegwu l-ftehimiet Ewropej dwar id-dritt ta’ l-awtur. Is-sottomissjonijiet ma jistax ikun fihom dikjarazzjoni, fatt, informazzjoni jew kwotazzjoni li tista’ tagħmel ħsara jew tnaqqas xi persuna jew grupp ta’ persuni.
• Is-sottomissjonijiet ma jistax ikun fihom dikjarazzjoni, fatt, informazzjoni jew kwotazzjoni li jistgħu jinkoraġġixxu persekuzzjoni ta’ persuni minħabba razza, opinjoni, nazzjonalità, sess, professjoni jew persważjoni oħra. Lanqas ma jistgħu sottomissjonijiet jinkoraġġixxu delitt jew ksur ta’ liġijiet.

Skwalifika ta’ Dħul
European Schoolnet jew il-Kummissjoni Ewropea jistgħu jiddeċiedu li jiskwalifikaw sottomissjoni jekk din ma tkunx ġiet sottomessa fil-ħin, parti minnha jew kollha; jew jekk sottomissjoni tikser kwalunkwe regola taħt kwistjonijiet Legali u Etiċi.

Drittijiet ta’ Riproduzzjoni
Id-dħul u l-materjal sottomess kollu huma propjetà tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha d-dritt li ttejjeb, teditja, tespandi, timmodifika u tirriproduċi l-materjal fuq l-internet, CD-ROM jew medja oħra mid-data tas-sottomissjoni.