• L-ewwel fażi se tkun f’idejn tim ta’ għalliema li huma speċjalizzati f’suġġetti relevanti għall-arti u kwistjonijiet ta’ żvilupp. Huma jidentifikaw lista qasira ta’ l-aqwa xogħlijiet għal kull pajjiż.
• Fit-tieni fażi, ġurija VIP nazzjonali f’kull wieħed mill-25 Stat Membru tagħżel rebbieħ wieħed u min ikun ġie fit-tieni post minn dak il-pajjiż. Il-ġurija nazzjonali tkun magħmula minn rappreżentant tal-Ministeru għall-Affarijiet dwar l-Iżvilupp (jew aġenzija nazzjonali korrispondenti), rappreżentant mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni (jew aġenzija nazzjonali korrispondenti), u persuna mill-komunità ta’ l-arti viżiva.
Kriterji għall-valutazzjoni
L-evalwaturi u l-aġġudikanti kollha se jagħtu punti lill-proġetti skond dawn il-kriterji li ġejjin:
Kreattività u oriġinalità : Il-kontribuzzjonijiet għandhom jirrappreżentaw u jilħqu l-grupp ta’ età tal-kompetizzjoni. Huma għandhom juru oriġinalità u inizjattiva sinifikanti fil-kunċett, stil, taqsim u disinn.
Ċarezza tal-messaġġ: Il-kontribuzzjoni għandu jkollha impatt viżiv qawwi, messaġġ ċar u relevanti, u turi fehim tat-temi indirizzati.
Kwalità tal-kontribuzzjoni: Kriterji ta’ kwalità artistika ġenerali (taqsim, kompożizzjoni, stil, kulur, eċċ.) huma wkoll importanti.
L-għażla ta’ l-aġġudikanti hija finali u m'hu se jkun hemm l-ebda diskussjoni marbuta ma’ din id-deċiżjoni.
|