L-ewwel paġna » Tagħrif » Premjijiet


Premjijiet

F'kull wieħed mill-25 pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea se jintgħażel rebbieħ u ieħor li jkun ġie fit-tieni post.

 

Jiem Ewropej dwar l-Iżvilupp
Ir-rebbieħ, min ikun ġie fit-tieni post, u l-għalliem/a tar-rebbieħ se jkunu mistiedna jattendu l-Jiem Ewropej dwar l-Iżvilupp fi Brussell.

Dan huwa avveniment importanti ħafna li jiġbor flimkien persuni ewlenin fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u protagonisti fil-qasam tal-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp. L-istudenti se jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu ma’ dawn il-persuni u juru x-xogħol tagħhom. Huma se jiġu mogħtija wkoll ċertifikat waqt ċerimonja għall-għoti tal-premjijiet.

Vjaġġ għall-Afrika
L-istudenti rebbieħa u l-għalliema tagħhom se jkunu mistiedna biex jakkumpanjaw lill-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp f’pajjiż Afrikan. Matul din il-mawra ta’ ħamest ijiem bl-ispejjeż kollha mħallsa, huma se jkollhom l-opportunità unika li jaraw uħud mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Afrika, u jaraw b’għajnejhom il-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ l-UE kif qed taħdem fil-qasam.