L-ewwel paġna » Tagħrif » Gwida għall-għalliema


Gwida għall-għalliema

L-Ewropa jimpurtaha! L-Unjoni Ewropea hija fuq quddiem fost l-imsieħba fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-Afrika. F’Ottubru 2005, il-Kummissjoni Ewropea approvat “Strateġija għall-Afrika” ġdida, b’impenn sod li jsir “aktar, aħjar u aktar malajr”. L-UE timmira li tkun imsieħba qawwija ma’ nazzjonijiet Afrikani f’dik li l-Kummissarju Louis Michel iddeskriva bħala “responsabbiltà konġunta biex jinħeles il-potenzjal tad-dinja li qed tiżviluppa.”

 

Kont taf li:
• L-Afrika hija it-tieni l-akbar kontinent tad-dinja f’termini ta’ daqs u popolazzjoni
• 18 mill-20 l-ifqar nazzjon fid-dinja huma fl-Afrika
• L-UE hija l-akbar fornitur ta’ għajnuna għall-iżvilupp lill-Afrika
• L-UE hija l-aktar imsieħeb importanti fin-negozju ta’ l-Afrika
• L-għajnuna ta’ l-UE lill-Afrika se tiżdied b’żewġ terzi minn bejn wieħed u ieħor €17 biljun fl-2003 għal total ta’ bejn wieħed u ieħor €25 biljun fis-sena fl-2010.

Din il-gwida pedagoġika għandha l-għan li tenfasizza uħud mill-kwistjonijiet ewlenin li l-UE u imsieħba oħra fl-iżvilupp jindirizzaw fl-Afrika. Hija tipproponi xi lezzjonijiet u metodoloġiji u tenfasizza it-temi tal-Premju għaż-Żgħażagħ dwar l-Iżvilupp li huma l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent.

Kif torganizza l-lezzjonijiet
Qabel ma jibdew ix-xogħol ta’ l-arti l-istudenti jeħtieġu jiksbu kemm jista’ jkun informazzjoni dwar it-tema(i) magħżula biex jifhmu tassew l-isfidi, u x’qed isir dwarhom. Il-kwistjonijiet jistgħu jkunu kemmxejn kumplessi, imma fehim bir-reqqa huwa meħtieġ biex ikun jista’ jinħoloq messaġġ adattat.
• Iġbru informazzjoni dwar it-tema u ddiskutuha fil-klassi. X’inhuma l-aktar kwistjonijiet importanti għall-istudenti tiegħek?
• Aħsbu dwar il-bosta fatturi li joħolqu l-problemi. Fejn jibdew iċ-ċirki vizzjużi?
• Aħsbu dwar ix-xogħol biex titjieb is-sitwazzjoni fl-Afrika . X’jistgħu jagħmlu l-organizzazzjonijiet u l-individwi fl-Ewropa biex jgħinu?
• Jekk se tagħtu xi suġġerimenti, aħsbu dwar l-effetti kollaterali possibbli.

Kif tippjana d-dħul tiegħek
Aħseb biex toħloq xogħol ta’ l-arti li jkun sempliċi, intelliġenti u sinkronizzat mal-messaġġ tiegħu. Dawn huma xi mistoqsijiet u kwistjonijiet ewlenin.
• X’inhu eżattament dak li trid tenfasizza? Ipprova li żżomm fokus qawwi u evita li tkun ambizzjuż iżżejjed.
• Kif se tqiegħed l-elementi grafiċi? 
• Se tagħżelxbiehat simboliċi jew tifsira aktar letterali?
• Qajjem kuxjenza. X’se jakkwista min se jara d-daħla tiegħek?
• Il-messaġġ irid ikun qasir ħafna. Kun ċert li huwa ċar u li jidħol sew mal-parti grafika tad-daħla tiegħek.
• Kun pożittiv. Fittex li tenfasizza mhux biss l-isfidi imma kif huma qed jiġu indirizzati, u l-progress li qed isir.
• Ipprova kun oriġinali. Kif se tispikka d-daħla tiegħek?

Saħħa
L-Afrika hija mifluġa mill-HIV/AIDS. Numru kbir ta’ nies qed imutu wkoll minħabba mard li jista’ jiġi evitat jew ikkurat. L-Ewropa tappoġġja ħidma li tindirizza dawn il-kwistjonijiet dwar saħħa:
• Mard: l-aktar HIV/AIDS, imma wkoll malarja, tuberkulożi, Ebola u oħrajn. Tlieta minn kull erba’ persuni li jmutu minħabba l-AIDS huma Afrikani. Kull 30 sekonda, tifel Afrikan imut minħabba l-malarja.
• Mortalità infantili u materna.
• Malnutrizzjoni.
 Ġuħ/nuqqas ta’ ikel.

Ambjent
Ir-riżorsi naturali huma l-fattur kruċjali fl-ekonomija Afrikana u jipprovdu appoġġ vitali għall-biċċa l-kbira tal-poplu tagħha. Ħafna nies jiddependu direttament fuqhom u huma għalhekk estremament vulnerabbli għall-effett tal-bidla ambjentali.  Il-ħidma għall-iżvilupp tiffaċċja sfidi kbar f’dan il-qasam:
• Titjib tad-disponibbiltà u l-kwalità ta’ l-ilma frisk. 22% biss tal-popolazzjoni ta’ l-Etjopja għandha aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb.
• Il-konservazzjoni tal-bijodiversità. Sitta mill-25 reġjuni mwiegħra tad-dinja fil-bijodiversità internazzjonali huma fl-Afrika.
• Twaqqif tad-deżertifikazzjoni, li taffettwa 46% ta’ l-Afrika u 485 miljun ta’ niesha.
• Riduzzjoni tad-deforestazzjoni. Il-foresti jkopru madwar 22 % ta’ l-erja ta’ l-Afrika, imma qed jisparixxu aktar malajr minn kwalunkwe lok ieħor fid-dinja li qed tiżviluppa.
• Urbanizzazzjoni. Aktar minn tlieta minn kull ħames Afrikan għadhom jgħixu f’żoni rurali, imma r-rata ta’ emigrazzjoni lejn l-irħula u l-ibliet -– 3.8 % fis-sena – hija waħda mill-ogħla fid-dinja.

Links

DG Żvilupp
L-Ewropa jimpurtaha
Pakkett għall-istampa ta’ l-UE: Strateġija għall-Afrika (EN, FR, DE)
L-Objettivi ta’ l-Iżvilupp tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti
Ir-Rapport dwar il-Proġett ta’ l-Iżvilupp tal-Millennju 2005

Edukazzjoni
Kampanja Globali għall-Edukazzjoni
Stqarrija għall-istampa ta’ Action Aid dwar il-bniet fl-edukazzjoni
Assoċjazzjoni għall-Iżvilupp ta’ l-Edukazzjoni fl-Afrika
eLearning Afrika
Schoolnet Afrika (EN, FR, PT)

Saħħa
Sit tal-web ta’ UNICEF website dwar l-AIDS
Médecins Sans Frontières.: Ħajti bl-HIV
Inizjattiva Mediċini għal Mard Ittraskurat

Ambjent
Nazzjonijiet Uniti – DEWA Afrika
Ħarsa lejn l-Ambjent ta’ l-Afrika